| Jilagħbu r-Rugby League (Maltese) |
|
Inkompli bl-isports u Anthony Micallef tal-Malta Rugby League (MRL) li ilu joqgħod f’Malta mis-sena 2008 qalilna li kien lura fl-Awstralja u organizza ġurnata ta’ taħriġ għal dawk li jridu jilgħabu dan l- isports u sab 21 plejer ġdid bejn l-etajiet ta’ 14 u 20 sena. It-taħriġ sar fil-grawd Centrebet tal-Penrith Panthers minn Anthony Micallef, minn Danny Galea tal- Penrith Panthers u Maltin ta’ fama internazzjonali, Matt Frendo u Matt Mizzi. Dan il-jum ta’ taħriġ jidher li kien suċċess għax kien hemm rappreżentanza minn plejers minn Parramatta Eels, Penrith Panthers u Canberra Raiders. Matt Frendo li qiegħed jilgħab f’Sydney u Matt Mizzi li qiegħed jilgħab f’Lithgow qalu li l-ikbar esperjenza li qatt kellhom fil-karriera tagħhom kienet meta rrappreżentaw lil Malta u lagħbu f’Malta stess. 2012-05-14, 14:03 |















