| Meta l-ħolm isir realtà |
|
Kulħadd matul it-tfulija tiegħu kellu dik il-ħolma li, meta jħares lura, jinduna li ftit kien hemm possibilità li qatt setgħet issir realtà. Tiegħi ma kinetx waħda oriġinali għaliex hija komuni għal kważi kull tifel li kont naf: dik li nilgħab mat-tim tal-futbol favorit tiegħi. Minkejja n-nuqqas evidenti ta' abilità u l-fatt li jien stess kont konxju minn dan, hija ħolma li bqajt inżomm għal żmien twil sakemm bis-snin hija wkoll intradmet mir-realtajiet tal-ħajja. Flokha nibet ħolm ieħor, li forsi kellu iktar għeruq fir-realtà. Ma’ dan waslet ukoll ir-realizzazzjoni li biex dak il-ħolm isir realtà hemm bżonn mhux biss il-kapaċità, imma wkoll li tistinka u taħdem ħalli tilħaq dak li trid. Ħafna drabi, id-diffikultajiet li ssib quddiemek iġiegħluk taqta' qalbek u tiddeċiedi li dak li tkun trid fil-verità jkun impossibbli għalik. Imbagħad tiġi quddiemek storja li turik kif, jekk tkun trid xi ħaġa u taħdem kemm tiflaħ għaliha, mela eventwalment iċ-ċirkostanzi se jgħinuk tilħaqha. To read the whole story (in Maltese) by Paul Grech, click here or visit www.il-gensillum.com/news.asp?newscat=3&news=1765
|





"Kont naf li l-ballun differenti, imma l-bqija ma kellix idea" says Roderick Attard to Paul Grech in this week's edition of Il-Gens.









